Idea tajba. Jien qed nissuġġerixxi li Malta tinqasam f'zoni ambjentali fejn f'kull zona (park) ikun hemm ammont ta' ħaddiema tal-Gvern għal xogħol ta' bini, tindif, irranġar, tisbieħ flimkien ma "wardens" ambjentali li xogħolhom ikun li jkollhom kuntatt mal-bdiewa u dawk kollha li b'xi mod ikollhom xi tip ta' interess f'dik iz-zona u anke infurzar. Fuq kollox isir bini jew tiswija jew restawr ta' ħitan li jżommu l-ilma biex dan jingħata ċans jinżel fil-water table. Żvillupawha intom. F'idejkom!
Malta ghandna nuqqas ta postijiet hodor fejn nistghu ngawdu in-natura. Anki barrieri li spiccaw jistghu isiru parkijiet zgur ahjar minn business parks eg il-barriera ta Wied Incita
Din twassal biex il-widien tagħna jerġgħu jidhru l-ħajja u ma jibqgħux jidhru mitluqin. Barra min hekk, il-water table terġa tieħu l-ħajja u b'hekk l-ilma tal-pjan jerġa jsir sostenibbli li ntellgħu minn ġol-bore holes.
Ghandu jinholqu toroq alternattivi biex jiehdu post toroq li nholqu f'widien (bhal Valley road) b'tali mod li l-widien jergghu jmorru lura ghall-istat naturali taghhom - dak ta Wied li jmexxi l-ilma tax-xita lejn il-bahar.
This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation