F'Malta hawn ħafna raba' mitluq u mhux maħdum. Il-propjetarji tar-raba' għandhom jingħataw kumpens xieraq mill-gvern biex jikri dan ir-raba' għal numru ta' snin u jingħata lil studenti mħarrġa fil-biedja biex jaħdmuh u jkabbru prodotti li huma tajbin għas-saħħa. B'hekk il-propjetarju ma jkunx qed jitlef l-art u fl-istess ħin din l-art isir użu tajjeb minnha.
Il-Gvern għandu ħafna raba mitluq. Dan għandu jkun disponibbli għal min irid jaħdmu, l-ewwel nett lill- bdiewa żgħażagħ qabel ma jdur għal art tal-privat, b'kundizzjonijiet xierqa. L-art abbandunata qed tgħarraq l-ambjent. U dan qed ikun ta' dannu għal industrija ewlenija tat-turiżmu.
This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation